Code of Ethics

KODICI TA’ ETIKA

GHALL-MEMBRI TAL-GRUPP MINUS ONE

APPROVATI  IL-GIMGHA 18 TA’ JANNAR 2002

Kull membru tal-grupp Minus One, jirrikonoxxi li sabiex il-grupp jimxi fuq sisien sodi u jigi evitat li jinholoq inkwiet bla bzonn, jorbot lilu nnifsu u jaghraf li, il-grupp qieghed hemm biex jghin ir-romol zghazagh u ta’ nofs eta, u lil familji taghhom. Jaghraf li dan qieghed jitmexxa b’mod voluntarju u ghalhekk:

  1. ghandu joqghod ghall-istatut tal-grupp
  2. ghandu joqghod ghal dak li jintalab minnhu mill-kumitat, elett minnhu stess waqt il-Laqgha Generali Annwali
  3. jimxi ma’ dawn il-kodici fil-konfront tieghu mal-membi l-ohra tal-grupp

 U ghalhekk huwa jirristringi ruhu milli

  1. jdejjaq b’mistoqsijiet jew mod iehor lil membri ohra, attwali jew futuri, tal-grupp
  2. jxerred ghajdut jew qlajjiet dwar membri ohra
  3. jitkellem b’mod baxx, jaghmel xi mossi provokatorji jew suggerimenti mhux xierqa, waqt l-attivitajiet tal-grupp
  4. jorganizza jew jwaqqaf nuclei fi hdan il-grupp, permezz ta’ attivitajiet jew xort’ohra li jistghu ikunu ta’ detriment ghall-grupp
  5. juza propjeta u materjal tal-grupp, afdat lilu, ghall-skopijiet persunali minghajr permess esplicitu tal-kumitat
  6. jwaqqaf jew jxekkel lil xi membri milli jattendu ghall-attivitajiet tal-grupp
  7. jintroduci xorb alkoholiku minghajr awtorizzazjoni tal-kumitat

Filwaqt li jwieghed li

  1. jghin fit-tmexxija tal-grupp biex il-grupp ikompli jissoda
  2. jghin waqt l-attivitajiet biex dawn ikunu ta’ success
  3. jghin lil membri l-ohra minghajr distinzjoni jew diskriminazzjoni
  4. jikteb lil kumitat fil-kas ta’ xi nuqqas minn xi membru iehor fil-konfront tieghu u/jew fil-konfront tal-grupp. Barra min hekk, jifhem:
  5. li l-introduzzjoni ta’ terzi pesuni (professjonali jew mhumiex) u li m’ghandhomx x’jaqsmu direttament mal-grupp, ghandha ssir b’certa prudenza u diskrezzjoni, u tkun responsabbli ta’ l-agir taghhom dik il-persuna li ggibhom maghha
  6. li ksur b’mod sfaccat ta’ xi wahda mill-paragrafi ta’ dawn il-kodici ta’ etika, jfisser sospensjoni mill-grupp bi dritt li jidher quddiem il-kumitat
  7. li d-decizjoni tal-kumitat hija finali u inappellabli
  8. li f’kazijiet fejn membri ohra tal-grupp jistghu jigu affetwati hazin u/jew fejn decizjoni mghaggla hija mehtiega, ic-Chairperson, b’konsulenza ma’ mill-inqas zewg membri ohra tal-kumitat, jista’ jitlob ir-rizenja u f’kazijiet aktar gravi, anke jissospendi lil kwalunkwe membru li l-attendenza tieghu tista’ tkun ta’ detriment ghall-ohrajn
  9. li kull sospensjoni ghanda tkun bil-miktub, u trid tkun iffirmata mic-Chairperson ma’ mill-inqas zewg membri ohra tal-kumitat
  10. li  f’kaz li jigi sospiz, ma jkollu l-ebda dritt ghal xi rifuzjoni ta’ hlasijiet, inkluz dawk ta’ shubija u/jew kontribuzzjonijiet ohra.

————————————————————————————————————-

 MINUS ONE P.O. BOX 21 – MOSTA

SUPPORT GROUP FOR YOUNG AND MIDDLE- AGED WIDOWED PEOPLE AND THEIR FAMILIES

 

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s